Monday, December 8, 2008

Kelma Mill-Abbatini

L-ewwelnet, li tkun abbati ma jfissirx li tilbes is-suttana u l-ispelizza biss. Li tkun abbati jfisser li tiehu sehem fil-quddiesa u t-tqarbin, li jkollok imgiba tajba u taghti ezempju tajjeb, li tiehu sehem shih fil-Liturgija u fil-funzjonijiet li jsiru l-knisja u li dejjem tipprova ssib il-hin ghal Gesu.

Bhala abbatini, fil-parocca taghna qeghdin numru sabih hafna. Dan juri wkoll fl-attendenza li jkun hemm fis-Santwarju u z-zoni l-ohra. Barra il-quddies ta' kull nhar ta' Hadd u matul il-gimgha, jkollhom laqgha li ssir kull nhar ta' Sibt filghodu li tibda bil-quddiesa tat-8.30, fejn wara jkollhom il-laqgha li ssir fic-centru S.Bernardetta. Wara jkollhom cans jilaghbu fil-gamesroom tac-centru stess .

Il-Laqgha tkun organizzata mill-Abbatini il-kbar flimkien ma Fr.Josef u Ruth Farrell fejn naghmlu laqghat ghalina u niddiskutu x'nistghu naghmlu lil-Abbatini waqt il-laqgha. Ghalhekk dan l-ahhar qieghdin norganizzaw hafna attivitajiet. Fost il-favoriti huma il-quizzes.

Min jixtieq jidhol abbati jistgha jaghmel dan billi jkellem lil Fr.Josef jew wiehed mill-Abbatini l-Kbar.

F'isem id-direttur u l-Abbatini l-Kbar nixtiqulkhom il-Milied u s-Sena t-Tajba!